Ittra Miftuħa

Lil Eċċellenza Tiegħu,
Ir-Reverendu Arċisqof Vincenzo Paglia
President tal-Akkademja Pontifikali għall-Ħajja
u Membri tal-Akkademja Pontifikali għall-Ħajja

“Qui tacet consentire videtur.”

“Min hu sieket jittieħed jaqbel.”
San Tumas More, Lord Kanċillier tal-Ingilterra, 1 ta’ Lulju 1535.

L-Arċisqof Paglia, President tal-Akkademja Pontifikali għall-Ħajja, 19 ta’ April 2023 f’diskors lill-Festival Internazzjonali tal-Ġurnaliżmu f’Perugia, l-Italja qal:
“Personalmente non praticherei l’assistenza al suicidio, ma comprendo che una mediazione giuridica possa costituire il maggior bene comune concretamente possibile nelle condizioni in cui viviamo”
(“Personalment ma nipprattikax is-suwiċidju assistit, imma nifhem li l-medjazzjoni legali tista’ tikkostitwixxi l-akbar ġid komuni possibbli konkretament fil-kundizzjonijiet li ninsabu fihom.”)

1.“Penso che la legge 194 sia ormai un pilastro della nostra vita sociale”, (“Naħseb li l-liġi 194 issa hija pilastru tal-ħajja soċjali tagħna”). Il-Liġi 194/1978 legalizzat l-abort miksub fl-Italja)… f’mistoqsija sussegwenti l-intervistatur staqsa lill-Arċisqof Paglia jekk kienx beħsiebu jiddubita din il-liġi, huwa wieġeb: “Le, assolutament, assolutament!” (1,2)

2. “Kien tentattiv, u ċertament mhux perfett, li naċċettaw l-istedina li tinsab f’Veritatis Gaudium (par. 3) għal bidla radikali ta’ paradigma fir-riflessjoni teoloġika, jew aħjar – nazzarda ngħid – għal “rivoluzzjoni kulturali kuraġġuża.”  L-Arċisqof Vincenzo Paglia f’intervista fuq il-ktieb Etica Teologica della Vita. Scrittura,Tradizione, sfide pratiche. (3, 4)

L-Arċisqof Paglia jghid li jifhem li l-medjazzjoni legali (dwar suwiċidju assistit) tista’ tikkostitwixxi l-akbar ġid komuni possibbli konkretament fil-kundizzjonijiet li ninsabu fihom. Qatt ma jista’ jkun għall-akbar ġid komuni li jiġi legalizzat mekkaniżmu biex tabib jipprovdi pazjent b’velenu li bih joqtol lilu nnifsu. M’hemm ebda differenza morali bejn dan u t-tabib jew l-infermier li jagħti lil xi ħadd doża eċċessiva ta’ morfina hu stess. Eċċellenza Tiegħek, ‘Ma Toqtolx’ japplika bl-istess mod għaż-żewġ sitwazzjonijiet. Barra minn hekk, l-hekk imsejħa “medjazzjoni legali” tas-suwiċidju assistit hija sempliċement pass tattiku fil-proċess tal-faċilitazzjoni tal-legalizzazzjoni tal-ewtanasja. Fil-prattika s-suwiċidju assistit se jitqies mit-tobba bħala l-ipokresija morali li hi u tiftaħhom għall-prattika tal-ewtanasja diretta.

L-Istqarrija ppubblikata mill-uffiċċju tal-istampa tal-Pontificia Accademia per la Vita (PAV) fl-24 ta’ April 2023 wara l-għadab pubbliku leġittimu għall-pożizzjoni tiegħu hija fiha nnifisha qarrieqa billi tipproklama li “Il-President tal-Akkademja Pontifikali għall-Ħajja, f’konformità sħiħa mal-Maġisteru tal-Knisja, jafferma mill-ġdid il-“le” tiegħu għall-ewtanasja u s-suwiċidju assistit” (4) filwaqt li tenna l-appoġġ tiegħu għal “inizjattiva leġiżlattiva” li tispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom ir-reat huwa permess

Sabiex tiġi evitata l-kompliċità u fid-dawl tan-nuqqas ta’ korrezzjoni u apoloġija inekwivokabbli għal dan it-tradiment skandaluż ta’ pazjenti vulnerabbli l-bqija tal-membri favur il-ħajja tal-PAV iridu jitolbu lill-Papa Franġisku biex ikeċċi lill-Arċisqof Paglia, u poggi minfloku President li , b’kuraġġ, iħabbar bla ekwivoku t-tagħlim perenni tal-Knisja u ta’ San Ġwanni Pawlu kemm fuq il-ħajja kif ukoll fuq il-protezzjoni legali tagħha.
Jekk dan ma’ jsirx, dawn il-membri favur il-ħajja għandhom jirriżenjaw huma stess minn din l-istituzzjoni skreditata tal-Vatikan.

 

 “Qui tacet consentire videtur.”
“Min hu sieket jittieħed jaqbel.”

REFERENZI:
(1) “Nuova Bussola Quotidiana” (NBQ) Youtube channel: https://www.youtube.com/watch?v=CC24DvVl8ds)
(2) https://www.catholicnewsagency.com/news/252147/taken-out-of-context-pontifical-academy-defends-archbishop-paglias-abortion-law-remarks
(3) http://www.vaticannews.cn/en/vatican-city/news/2022-06/archbishop-vincenzo-paglia-pope-francis-interview-theological-et.html

Mistoqsija tal-Intervista: “Il-fatt li hemm diskussjoni ħielsa u miftuħa fil-ktieb huwa sinjal ta’ sinodalità?”

Tweġiba: “Naturalment. M’hemm l-ebda mod ieħor, speċjalment fejn jidħlu kwistjonijiet fundamentali bħal dawk li jinvolvu d-dimensjonijiet multipli tal-ħajja umana. Segwejna triq ta’ studju u riflessjoni li wasslitna biex naraw il-kwistjonijiet tal-bijoetika f’dawl ġdid... Ċertament huwa proċess li jirrifletti l-wisa’ sinodali u l-klima li fiha l-Papa Franġisku jixtieq li topera l-Knisja. Dan il-proċess sinodali ġie enfasizzat b’mod awtorevoli waqt il-workshop, mill-Kardinali Grech u Semeraro.”

(4) https://www.vatican.va/content/francesco/en/apost_constitutions/documents/papa-francesco_costituzione-ap_20171208_veritatis-gaudium.html#

“Dan il-kompitu vast u urġenti jeħtieġ, fil-livell kulturali ta’ taħriġ akkademiku u studju xjentifiku, sforz wiesa’ u ġeneruż għal bidla radikali ta’paradigma, jew aħjar – nazzarda ngħid – għal “rivoluzzjoni kulturali kuraġġuża.” Veritatis Gaudium (par. 3)

(5) https://www.academyforlife.va/content/pav/en/news/2023/paglia-end-of-life-statement.html

 

Sinċerament tiegħek fi Kristu,

Dr Thomas Ward
President of the John Paul II Academy for Human Life and the Family

Is-Sinjura Christine de Marcellus Vollmer
Viċi President

Is-Sur Steven M. Mosher
Teżorier

Member’s Signature:

José Antonio Ureta, Author, Chile

John-Henry Westen, Journalist, Canada

Dr. Adrian Treloar, Consultant in Old Age Psychiatry, England

Miguel da Costa Carvalho Vidigal, Attorney of Law, Brazil

Judith Brown, President, American Life League, United States of America

José Tadeu Nóbrega, Master of Laws, Brazil

Georges Buscemi, President of Campagne Québec-Vie, Canada

Michelle A. Cretella, M.D., United States of America

Michael Hichborn, President of the Lepanto Institute, United States of America

Carlos A. Casanova, Professor of Philosophy and Attorney, Chile

Orlando Villalobos Baillie Dr., United Kingdom

Fr. René Stockman, Superiore generale Fratelli della Carità, Italy

Pedro Luis Llera Vazquez, Professor, Spain

Edmund P Adamus, Education Consultant, England

Fabio Fuiano, Ph.D in Mechanical and Industrial Engineering, Italy

Fr Patrick PullicinoMalta

Doyen Nguyen, M.D., S.T.D., Braga, Portugal

Pilar Calva M.D., Mexico

Michael Olsta, Associate Member, United States of America

Stanisław KobusPoland

Katarzyna KobusPoland

Tommaso Scandroglio, Qualified as an Associate Professor in Moral Philosophy, Italy

Liam Gibson, LLM (Human Rights Law), Northern Ireland – UK

Dr. Claudio Pierantoni, Professor Universidad de Chile, Chile

Thomas Zabiega, MD, Neurologist, United States of America

 

Supporter’s Signatures:

Jesus Rodriguez Arias, Writer, Spain